Перейти к содержимому

ROBERT ABELA BL-AKBAR MANDAT ELETTORALI MILL-INDIPENDENZA

ONE News Malta

0:00 / 0:00

ROBERT ABELA BL-AKBAR MANDAT ELETTORALI MILL-INDIPENDENZA

2 329 просмотров · 4 года назад
ONE News Malta
30,6 тыс. подписчиков
2 329 просмотров · 4 года назад
ONE.COM.MT • Ir-riżultat elettorali ssiġillat ilbieraħ mill-poplu u magħruf illum se jibqa’ mnaqqax fl-istorja ta’ pajjiżna u anki fl-istorja tal-Partit Laburista. Robert Abela se jsir il-Prim Ministru bl-akbar mandat elettorali mill-Indipendenza ’l hawn. KITBA: EMAN PORTELLI FILMAT: ARKIVJI L-elezzjoni tas-Sibt sitta u għoxrin ta’ Marzu tibqa’ mmarkata fl-istorja tal-elezzjonijiet f’pajjiżna. Il-Partit Laburista mmexxi mill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela kiseb l-akbar rebħa elettorali mill-Indipendenza ’l hawn. Dan hekk kif id-distakk bejn iż-żewġ partiti huwaa akbar minn dak li nkiseb mill-Partit Laburista fiż-żewġ elezzjonijiet li għaddew. Robert Abela se jkun l-aktar Prim Ministru ta’ Malta fl-istorja bl-akbar mandat mill-Indipendenza ’l hawn. Għall-ewwel darba fl-istorja tal-elezzjonijiet f’pajjiżna, partit politiku kiseb il-maġġoranza assoluta tal-voti fi tliet elezzjonijiet konsekuttivi, jiġifieri kiseb il-50% u aktar. Dan hekk kif il-Partit Laburista rebaħ tliet elezzjonijiet konsekuttivi, jiġifieri fl-2013, l-2017 u l-2022, b’maġġoranzi komdi ħafna. Qabel ir-riżultat storiku tas-Sibt, kemm il-Partit Laburista u anki l-Partit Nazzjonalista gvernaw fi tliet leġislaturi konsekuttivi iżda mhux b’mandat hekk b’saħħtu. Din hija l-ewwel darba wkoll fl-istorja tal-Partit Laburista li kiseb il-maġġoranza tal-vot popolari għal tliet elezzjonijiet konsekuttivi. Dan għamlu din id-darba taħt it-tmexxija ta’ Dr Robert Abela.