Daniel Cauchi - Niftakarna
Daniel Cauchi
0:00 / 0:00
Daniel Cauchi - Niftakarna
95 971 просмотр · 5 месяцев назад
Daniel Cauchi
398 подписчиков
95 971 просмотр · 5 месяцев назад
Niftakarna
Kant: Daniel Cauchi
Kliem: Michael Spagnol
Mużika: Daniel Cauchi, Chris Gatt u Robert Spiteri
Produzzjoni tal-Mużika: Chris Gatt
Mixing: Josh Tyrrell
Mastering: Simon Francis
Backing Vocals: Francesca Bezzina
Kunċett: Yanis Azzopardi u Rodney Camilleri Gauci
Direzzjoni u Fotografija: Rodney Camilleri Gauci | Nest Creative Lab
Produzzjoni: Yanis Azzopardi | Ponder & Pitch
Atturi: Joe Farrugia, id-Dulli u Veronica Farrugia
Operatur tal-Kamera: Marco Bartolo
Assistent tal-Kamera: Matteo Calleja Tonna
Koordinatur tal-Produzzjoni: Sarah Micallef Muscat
Muntaġġ: Marco Bartolo u Matteo Calleja Tonna
Kull dritt miżmum: 2026 Ponder & Pitch x Nest Creative Lab
Lirika:
Niftakarha jien għalik l-arja tfuħ ta’ nofs April
meta ltqajna l-ewwel darba,
l-ewwel bewsa – triq imwarrba
niftakarna nhar ta’ Ħadd
naraw film jew ninżlu x-xatt
ħalqna dqiq u ħobż biż-żejt,
ġilda samra – baħar żejt
Qabel tinsa
kemm bkejna kemm fraħna
kemm tlifna kemm irbaħna – aħna x’aħna
Qabel tinsa
il-ħoss ħelu ta’ isimna
u kull kisra ta’ leħinna
Ma ġara xejn
anki jekk ma tiftakarx
tinkwieta xejn, tinkwieta xejn
Ma ġara xejn
anki jekk għalissa nsejt
Ma ġara xejn, ma ġara xejn
ngħannqek jien minn taħt l-ilsien
qisu qatt, qatt m’għadda ż-żmien
jekk din xortija,
jekk din xortik,
niftakarna jien għalik
Niftakarna nixtru d-dar,
kċina tfewwaħ f’nofsinhar
filgħaxija għall-frisk fil-ġnien
ħarsa waħda ħafna kliem
qisu lbieraħ, x’waħda din,
meta għedna lil xulxin
li xejn iktar ma nixtiequ
li t-tnejn flimkien nixjieħu
Qabel tinsa
il-ħoss ħelu ta’ isimna
u kull kisra ta’ leħinna
Ma ġara xejn
anki jekk ma tiftakarx
tinkwieta xejn, tinkwieta xejn
Ma ġara xejn anki jekk għalissa nsejt
Ma ġara xejn, ma ġara xejn
Kull memorja f’din l-istorja
ritratt sepja qed jisfar
fejn ħarbilna? Iż-żmien…
Ma ġara xejn
anki jekk ma tiftakarx
tinkwieta xejn, tinkwieta xejn
Ma ġara xejn
anki jekk għalissa nsejt
Ma ġara xejn, ma ġara xejn
Ma ġara xejn
anki jekk ma tiftakarx
tinkwieta xejn, tinkwieta xejn
Ma ġara xejn
anki jekk għalissa nsejt
Ma ġara xejn,
tinkwieta xejn
niftakarna jien għalik