L-NGOs Ewropej jenfasizzaw li parti mill-proposta tar-ritorn s’issa ma ħadmet imkien
Newsbook Malta
0:00 / 0:00
L-NGOs Ewropej jenfasizzaw li parti mill-proposta tar-ritorn s’issa ma ħadmet imkien
90 просмотров · 2 месяца назад
Newsbook Malta
3,97 тыс. подписчиков
90 просмотров · 2 месяца назад
Fit-tnax ta’ Ġunju daħal fis-seħħ il-ftehim il-ġdid dwar il-migrazzjoni – ftehim li kien approvat wara għaxar snin ta’ dibattitu u nuqqas ta’ qbil.
Dan il-ftehim jesiġi li jkunu hemm screening mandatorju ta’ kull min jasal fil-fruntieri tal-Unjoni Ewropa, espansjoni tar-reġistrazzjoni biometrika f’database Ewropea; aktar proċeduri mgħaġġa biex min japplika jieħu l-ażil jew jintbagħat lura f’pajjiżu; sistema ġdida ta’ proċeduri biex min ma ħaqqux jintbagħat lura u mekkaniżmu ta’ solidarjetà li tesiġi li kull pajjiż membru jew jaċċetta migranti jew jagħti appoġġ finanzjarju għall-operat.
Iżda fl-aħħar plenarja fi Strasburgu, l-Membri Parlamentari ivvutaw favur regoli ġdida għar-ritorn ta’ migranti lejn pajjizhom – regoli li l-għan ewlieni tagħhom hu li l-proċess ta’ deportazzjoni jitħaffef. 418 ivvutaw favur, 218 kontra u 30 astjenew. Issa jkun imiss li dawn ir-regolamenti jgħaddu mill-għarbiel tal-Kunsill Ewropew.
Uħud faħħru dan il-vot madanakollu min jaħdem direttament mal-migranti, speċjalment l-NGOs Maltin u Ewropej, wera tħassib serju fuq kif se jaħdmu dawn dawn ir-regolamenti.