Перейти к содержимому

GRECH U DELIA JITGĦAJRU FUQ IX-XANDIR

ONE News Malta

0:00 / 0:00

GRECH U DELIA JITGĦAJRU FUQ IX-XANDIR

6 716 просмотров · 5 лет назад
ONE News Malta
30,5 тыс. подписчиков
6 716 просмотров · 5 лет назад
ONE.COM.MT • Bernard Grech u Adrian Delia spiċċaw jitgħajjru fuq ix-xandir. Waqt programm spiċċaw jgħaddu botti lil xulxin u jew ma jieħdux pożizzjoni fuq materji nazzjonali jew inkella ma jaqblu f’xejn. Delia kontiwament fakkar dwar l-evażjoni tat-taxxa f’botta ċara lejn Bernard Grech filwaqt li dan tal-aħħar wera biċ-ċar li qiegħed fit-tellieqa biex iqaċċat lil Kap preżenti. KITBA NICOLE BUTTIGIEG FILMAT YOUTUBE / ARKIVJI Fuq ix-xandir nazzjonali, iż-żewġ kandidati għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista ġew intervistati u għalkemm f’ħinijiet separati, ma waqfux jitqabbdu u jgħaddu l-botti lil xulxin. Iż-żiemel tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, Bernard Grech ammetta li kellu eluf ta’ ewro f’kontijiet pendenti ma’ tat-taxxa u tal-VAT. BERNARD GRECH KANDIDAT GĦAL KAP TAL-PN “Jien nqast li nippreżenta ċertu returns fil-ħin u wkoll inqast inħallas taxxa u VAT fil-ħin.” Pronta kienet it-tweġiba f’forma ta’ botta minn Adrian Delia li fakkar lil Bernard Grech li dak li għamel huwa reat kriminali. ADRIAN DELIA KAP TAL-PN “Jiena qatt ma kien hemm kwistjonijiet dwari illi jikkonċernaw l-evażjoni ta’ taxxa. Qatt. WHITEFLASH Qatt, qatt ma kelli issue ta’ evażjoni ta’ taxxa li huwa reat kriminali, ħalli ma nippruvawx inxebbħu l-affarijiet.” Dwar aktar somom ta’ flus, Bernard Grech semma l-ġabra li għamel għall-kampanja tiegħu u qal li l-flus qegħdin f’kontijiet barranin. BERNARD GRECH KANDIDAT GĦAL KAP TAL-PN “Il-flus minn crowdfunding għadhom se jibdew jidħlu fil-kont għaliex dawn ikunu qegħdin barra minn Malta, ovvjament f’banek barranin.” Imbagħad Bernard Grech ġie mistoqsi dwar l-Avukat Ġenerali l-ġdid, Dr. Victoria Buttigieg. Hawnhekk kien bla pożizzjoni iżda aċċenna li m’għandux l-istess pożizzjoni bħal tal-partit li qed jaspira li jmexxi. BERNARD GRECH KANDIDAT GĦAL KAP TAL-PN “Il-Partit Nazzjonalista ħareġ ifaħħar id-deċiżjoni. Jason Azzopardi, persuna li jappoġġjak ħareġ jikkritikaha. Bernard Grech fejn qiegħed?” “Bernard Grech ma qal xejn fuq dan ir-rigward għax huwa kawt fiċ-ċirkostanzi. Bernard Grech qiegħed josserva, qiegħed jistudja, m’għandux l-istess ħsieb żgur illi s’issa l-Partit Nazzjonalista illi pubblikament u uffiċjalment qal.” Il-ġurnalist kien kostrett jinnota kif il-partit spiċċa bi tliet pożizzjonijiet dwar l-Avukat Ġenerali l-ġdid. BERNARD GRECH KANDIDAT GĦAL KAP TAL-PN “Imma din hija sitwazzjoni daqxejn miskina, jiġifieri l-Partit Nazzjonalista għandu żewġ vuċijiet, għandu kważi tliet vuċijiet. Għandu l-vuċi ta’ Adrian Delia li qed jgħid apprezzajna l-appointment ta’ Dr. Victoria Buttigieg, Jason Azzopardi kritikaha bl-aħrax u imbagħad u Bernard Grech qed jistudja. Tliet sitwazzjonijiet daqxejn.” Lil Adrian Delia saritlu mistoqsija oħra dwar l-Avukat Ġenerali u nġibditlu l-attenzjoni li l-kelliem tiegħu għall-Ġustizzja, Jason Azzopardi ħareġ jattakka lill-Avukat Ġenerali l-ġdid maħtura b’sejħa pubblika u wara proċess immexxi minn bord indipendenti magħmul minn tliet Imħallfin Emeriti. ADRIAN DELIA KAP TAL-PN “Pero naħseb mhux korrett illi tagħti l-analiżi tal-Partit Nazzjonalista ta’ kif jaħsibha Jason Azzopardi. Diġà tkellimt elf darba fuq Jason Azzopardi m’għandiex għalfejn nibqa’ nitkellem fuq l-istess personaġġ.” Delia spiċċa jgħajjar it-tmexxija preċedenti tal-Partit Nazzjonalista, sa żmien Gonzi. ADRIAN DELIA KAP TAL-PN “Xebħ ta’ xiex, il-Partit Nazzjonalista. Tal-Partit Nazzjonalista li tilef l-elezzjoni fl-2017, aħjar! Tal-Partit Nazzjonalista li tilef l-elezzjoni fl-2013, aħjar! Tal-Partit Nazzjonalista li kien jiggverna qabel u kien hemm diversi eluf illi abbandunaw il-Partit Nazzjonalista għax ħasbu li kien arroganti. WHITEFLASH Kieku bqajna għaddejin fuq dak li kien il-Partit Nazzjonalista qabel l-2013, allura ma kienx ikun hemm diskussjonijiet interni għax kulħadd kien jibqa’ fejn hu, kulħadd kien iżomm postu u kulħadd kien ikun kuntent.” Delia fetaħ attakk ukoll fuq tar-Repubblika u Occupy Justice li qegħdin jimbuttaw lil Bernard Grech. ADRIAN DELIA KAP TAL-PN “Imma le imbagħad ma naqbilx illi l-Partit Nazzjonalista isir owned u allura d-deċiżjoni ġewwa fih jiddependi minn dak illi taħseb parti żgħira mis-soċjetà tagħna, is-soċjetà ċivili.” Imbagħad il-Kap Nazzjonalista nfexx f’botti lejn tal-fazzjoni Busuttil li ħarġu kandidat wieħed biex itellaq kontrih. ADRIAN DELIA KAP TAL-PN “Inkun qed nirriskja, il-partit ikun qed jirriskja illi jibdew jagħżlu min ikun l-Kap tiegħu l-ftit u mhux kif ġara tlett snin ilu it-tesserati kollha.”