Перейти к содержимому

VARA ĠDIDA TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA F’RAĦAL ĠDID

ONE News Malta

0:00 / 0:00

VARA ĠDIDA TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA F’RAĦAL ĠDID

2 482 просмотра · 4 года назад
ONE News Malta
30,5 тыс. подписчиков
2 482 просмотра · 4 года назад
ONE.COM.MT • Ċertament li l-Ġimgħa l-Kbira hija fost l-akbar festi liturġiċi li l-poplu ta’ dawn il-gżejjer jattendi bi ħġaru għalihom. Fost waħda mit-tradizzjonijiet li hi l-iktar għal qalbna hawn Maltija hija l-purċissjonijiet bil-vari tal-Ġimgħa l-Kbira, li ssir f’numru ta’parroċċi f’Malta u Għawdex. Fost dawn insibu l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li ssir f’Raħal Ġdid, li din is-sena se jkollha vara ġdida. KITBA: FRANCESCO BORG FILMAT: CHRIST BORG Il-jum tal-Ġimgħa l-Kbira hu assoċjat mar-riflessjonijiet iżda wkoll mal-purċissjonijiet. Il-purċissjoni f’Raħal Ġdid taf il-bidu tagħha fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija wara l-waqfa li għamel r-Redentur tal-Isla f’din il-parroċċa li qanqlet fil-poplu Pawlist ix-xewqa li ssir statwa simili. L-ewwel purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira f’Raħal Ġdid saret fl-elf disa’ mija ħamsa u erbgħin, hekk kif spiċċat it-Tieni Gwerra Dinjija. Din kienet saret bl-istatwa tar-Redentur. Sentejn wara, ma’ din l-istatwa, żdiedet l-istatwa tad-Duluri. Il-Kappilan tal-parroċċa, Dun Marc Andrè Camilleri qal li maż-żmien, il-purċissjoni bdiet tieħu spinta kbira ’l quddiem fejn ingħata bidu għal sett ta’ statwi proviżorji maħduma minn Biagio Galea u Patri Amando Balluċi. Dawn il-vari ntużaw darbtejn biss. DUN MARC ANDRÈ CAMILLERI KAPPILAN TA’ RAĦAL ĠDID “Il-vari li saru dak iż-żmien ma kinux bil-ħsieb li l-vari jibqgħu huma, imbagħad dak iż-żmien bdew jinbidlu biex isir is-sett sabiħ li għandna, u li għadna kif lestejna llum.” Il-Kappilan spjega li din is-sena kienet sena speċjali ħafna għaliex din is-sena se tiżżanżan l-vara tar-redentur, li saret minn Michael u Adonai Camilleri Cauchi. Huwa spjega magħna li l-vara l-antika tar-Redentur se tkun qed tibqa’ fil-Knisja u se tintuża għall-pelleġrinagg penitenzjali li jsir fiż-żmien ir-Randan. DUN MARC ANDRÈ CAMILLERI KAPPILAN TA’ RAĦAL ĠDID “Fl-elfejn u dsatax, meta din l-istatwa ġiet ordnata u kompluta din is-sena, għax ovvjament bil-pandemija spiċċa ittardja kollox.” Is-sett riċenti li issa huwa komplut jgħaqqad l-għaxar vari tal-passjoni li jinsabu madwar il-Bażilika ta’ Kristu Re.