Kellymni: Episodju 34 – Destiny Chukunyere
Gwida
0:00 / 0:00
Kellymni: Episodju 34 – Destiny Chukunyere
7 893 просмотра · 1 г. назад
Gwida
2,95 тыс. подписчиков
7 893 просмотра · 1 г. назад
Melanie Kelly tiltaqa' ma' Destiny biex ikollha taħdita dwar il-karriera tagħha, l-esperjenzi tal-passat u l-opportunitajiet tal-futur, kif ukoll il-bidla li għaddejja minnha bħalissa. Bidla fil-mentalità li żgur serviet biex issir aktar b'saħħitha, mhux biss fiżikalment iżda wkoll mentalment.
Destiny titkellem dwar l-esperjenza tal-Eurovision, li minkejja kien riżultat sodisfaċenti f'għajnejn ħafna, miegħu kien hemm xi ftit ta' diżappunt minħabba l-aspetattivi li kien hemm fuqha. Ma kien żmien faċli xejn minħabba l-fatt li kien ukoll f'nofs pandemija u kompla għamel l-affarijiet aktar komplikati.
Lil hinn mir-riżultat, Destiny tkellimna dwar opportunità inkredibbli li se tkun parti minnha fix-xhur li ġejjin, opportunità flimkien ma' artisti li m'għandhom bżonn ta' ebda introduzzjoni fid-dinja tal-Eurovision Song Contest. Iżda qabel, għandha kunċert fantastiku ġewwa pajjiżna fejn kapaċi jiftaħ opportunitajiet ġodda.
Dan u aktar waqt Kellymni - Il-Podcast ta' Gwida perżentat minn Melanie Kelly. Segwu Kellymni ħalli taraw lil Destiny f'intervista differenti mis-soltu fejn se tiftaħ qalbha u turi n-naħa sensittiva tagħha.
Miġjub lilkom minn Renault | Burger King | Amrita Footcare & Wellness Centre | Valletta Glass | Ferraracasa | Myoka Spas | L-Awtorita ghall-Ambjent u r-Rizorsi
#kellymni #gwida #podcasttagwida #malta #DestinyChukunyere