Перейти к содержимому

Id-Daħla f'Ġerusalemm - Innu

H.S. HAMRUN

0:00 / 0:00

Id-Daħla f'Ġerusalemm - Innu

81 просмотр · 1 г. назад
H.S. HAMRUN
425 подписчиков
81 просмотр · 1 г. назад
L-ewwel innu minn ħmistax li jirrakontaw L-AKBAR ĠRAJJA Mużika: Ray Sciberras - Versi: Anselm Sciberras INNU LIL ĠESÙ DIEĦEL ĠERUSALEMM Resqu lejk ġew mill-irħula Resqu lejk ġew mill-ibliet Palm f’idejhom bdew ixejru Bdew ilkoll jgħannu l-għanjiet Int mistrieħ fuq ħmara bajda Bid-dixxipli kollha ħdejk Smajt il-ġemgħa ssejjaħ ismek Waqt li tkanta tħares lejk Osanna F’korijiet Fil-Għoli Tas-Smewwiet Imbierek Min Hu Ġej Ġej F’isem Il-Mulej Osanna Lil Bin David Min jitolbok sabiex tfejqu Min ferħan għax jinsab ħdejk Min ikanta u jsellimlek Min jittama jmiss idejk Dan il-ferħ tan-nies madwarek Daħal miegħek ġewwa s-swar Mat-triqat tal-Belt dan ġera Bħal ħabbar ta’ ħwejjeġ kbar Osanna F’korijiet, eċċ. Daħal fik l-għajjat tal-ġemgħa li xejritlek bħal preludju għat-tbatija u t-tiġrib F’kull Osanna kien hemm ħiemda l-għajta ‘Sallbu’ Dak kien bidu ta’ mixjietek sas-salib. F’kull Osanna kien hemm ħiemda l-għajta ‘Sallbu’ Dak kien bidu ta’ mixjietek sas-salib.