Перейти к содержимому

IMFAKKRA L-ĦAJJA TAL-PROFESSUR EDWIN GRECH FIŻ-ŻEBBUĠ GĦAWDEX

ONE News Malta

0:00 / 0:00

IMFAKKRA L-ĦAJJA TAL-PROFESSUR EDWIN GRECH FIŻ-ŻEBBUĠ GĦAWDEX

782 просмотра · 3 года назад
ONE News Malta
30,6 тыс. подписчиков
782 просмотра · 3 года назад
ONE.COM.MT • Dalgħodu fil-Knisja Arċipretali ta’ Santa Marija, fiż-Żebbuġ Għawdex saret quddiesa praesente cadavere biex tfakkar il-memorja tal-eks Ministru Laburista, il-Professur Edwin Grech. Fl-omelija tiegħu l-Arċipriet qal li l-Professur Grech fehem li l-ħajja faċli ma tagħtix sodisfazzjon, hekk kif beka t-telfa ta’ bintu Karin. Fil-Knisja Arċipretali ta' Santa Marija, fiż-Żebbuġ Għawdex saret quddies preasente cadavere sabiex tfakkar il-memorja tal-eks Ministru Laburista, il-Professur Edwin Grech. It-Tabib Grech miet l-Erbgħa fl-għomor ta' 94 sena u huwa missier Karin Grech, li nqatlet innoċentament permezz ta’ ittra bomba indirizzata lilu. Edwin Grech irrappreżenta lill-poplu fil-Parlament f’isem il-Partit Laburista f’żewġ leġiżlaturi: fis-seba’ waħda jiġifieri ta’ bejn 1992 u 1996 u t-tmien waħda ta’ bejn l-1996 u 1998. Huwa serva bħala Ministru għas-Sigurtà Soċjali. Kienet ix-xewqa tal-Professur Grech li ssir quddiesa ta’ memorja fir-raħal Għawdxi taż-Żebbuġ, fejn għex għal parti kbira ta’ ħajtu. Fl-omelija tiegħu, l-Arċipriet Ġwann Sultana fakkar li l-Professur Grech fehem li ħajja faċli ma tagħtix sodisfazzjon, tant li għall-aħħar 45 sena huwa beka it-telfa ta' bintu Karin, imma fakkar il-memorja tagħha billi ċċelebra ħajjitha. Huwa qal li l-Professur Grech ta tagħlima lill-umanità permezz tal-mod kif għex ħajtu, għaliex iddedika ħajtu għas-servizz tal-oħrajn u ta l-ħajja lil eluf ta’ pazjenti permezz tal-professjoni tiegħu ta’ tabib. Intant, il-funeral tal-Professur Edwin Grech se jsir nhar it-Tnejn fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Lourdes f’San Ġwann. Il-korteo funebri se jitlaq mill-Isptar Mater Dei fid-9am, jgħaddi minn quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun fid-9.15am, u jibqa’ sejjer lejn il-Knisja Parrokkjali f’San Ġwann, fejn issir quddiesa praesente cadavere fl-10am. Il-Professur Grech kien esprima x-xewqa li l-aħħar tislima tingħatalu fl-istess lokalità fejn kienet inqatlet bintu Karen b’ittra bomba fl-1977.